Sport Waterpolo

Dalli fl-Irish Senior Cup

Ir-referee internazzjonali Malti tal-Waterpolo, Mario Dalli, jinsab Dublin fl-Irlanda fejn se jkun qed jikontrolla partiti fil-finali tal-Irish Senior Cup 2015. Din hija l-ewwel darba li Referee Malti ġie innominat bħala referee newtrali f’dan il-Kampjonat Ewropew.

Referees oħra newtrali li wkoll huma mistiedna huma l-Kroat Mladan Rak, l-Iżraeljan Matan Schwarz u Dion Willis mill-Afrika t’Isfel. Dawn il-finali ser jkunu taħt id-direzzjoni teknika ta’ Connor Sheridan, personalità magħrufa sew anke fost id-dilettanti tal-Waterpolo f’Malta.