Lokali

Estradizzjoni lura Malta ta’ Jomic Calleja

Il-Pulizija Maltija qed teskorta lura Malta minn ġewwa Sqallija lil Jomic Calleja, Malti ta’ 28 sena residenti l-Gżira u li kien maħrub minn Malta.

Calleja nstab ġewwa Tormina fi Sqallija ftit tal-ġimgħat ilu.

Jomic Calleja kien suspettat li ħarab lejn Sqallija, fl-Italja, lejn l-aħħar t’ Awwissu 2014, ftit qabel ma kien se jingħata sentenza mill-Qorti tal-Appell Għawdxija.

Fl-1 ta’ Settembru 2014, il-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-Droga kienet għaddejja b’investigazzjoni u li fiha saret qabda sostanzjali ta’ madwar 18-il kilo ħaxixa tal-Kannabis. Waqt din l-invesigazzjoni, il-Pulizija identifikat lil Jomic Calleja bħala wieħed mill-persuni involuti fl-importazzjoni ta’ din id-droga minn Sqallija.