Għal sena oħra, l-għaqda tal-istudenti SDM rebħet l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).
L-SDM ingħatat il-fiduċja minn 1,950 student u studenta madwar Malta u Għawdex, filwaqt li l-għaqda Soċjalista Pulse ġabet 985 vot. Dan ifisser li l-SDM rebħet bi kważi 1,000, filwaqt li kien hemm 16-il vot li kienu invalidi.
Għal din l-elezzjoni ikkontestaw b’kollox 22 kandidat – 11 għall kull waħda miż-żewġ organizzazzjonijiet. Wara dan ir-riżultat, il-President il-ġdid tal-KSU hi Becky Micallef, li se ssir l-ewwel President mara tal-KSU wara numru ta’ snin.
Il-kumplament tal-KSU se jkun magħmul minn Andrew Borg Wirth, Andrew Muscat, Philip Mizzi, Daniel Vella, Mark Trapani, Becky Dalli, Gilli Amato Gauci, Steph Dalli, Ryan Falzon u Emma Portelli Bonnici … kollha mill-SDM.
(Ritratti: Insite Malta)
//= $special ?>