Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Fil-faċċata ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-membri tal-Forzi Armati jġorru t-twiebet bl-immigranti li għerqu u li lbieraħ ingħataw l-aħħar tislima. Ippublikata wkoll storja dwar is-Summit tal-Unjoni Ewropea, fejn jiġi spjegat li wara li ħareġ dak li ddeċiedew il-mexxejja, bosta qalu li dawn huma wirjiet kożmetiċi bl-ebda inzijattiva biex il-mexxejja jkunu obligati jieħdu immigranti li jivvjaġġaw lejn l-pajjiżi fin-naħa ta’ isfel tal-Ewropa.

L-Orizzont b’ritratt tat-tebut tat-tifel ta’ 10 snin jinġarr mill-membri tal-Forzi Armati. Storja oħra titratta dak li l-ġurnal sejjaħ bħala “id-diżillużjoni” tal-Ħaddiema fil-Freeport bil-Union Ħaddiema Magħqudin.

The Times, b’titlu “EU in U-turn on migrant rescues, tripling budget, jgħid li l-Unjoni Ewropea dawret id-deċiżjoni tagħha li tnaqqas il-baġit għat-tiftix u s-salvataġġ biex triplat il-baġit għal dawn l-operazzjonijiet. Madankollu, dan ir-rappurtaġġ jenfasizza li l-Unjoni Ewropea falliet milli taqbel fuq il-kunċett ta’ burden sharing.

Anke The Malta Independent b’rapurtaġġ dwar l-immigrazzjoni. Il-ġurnal jippubblika wkoll storja b’kummenti minn rappreżentant tal-Libyan National Salvation Front.