Tressaq il-qorti f’Katanja, ir-raġel Tuneżin li qed ikun akkużat bħala l-Kaptan tad-dgħajsa li, fi tmiem il-ġimgħa, inqalbet barra l-Libja bir-riżultat li għerqu 750 fost l-immigranti ta’ fuqha.
Il-Prosekuturi fi Sqallija jridu jakkużaw lil Mohammed Ali Malek b’omiċidju u traffikar ta’ persuni, bl-avukat tat-Tuneżin qed jgħid li l-klijent tiegħu hu herqan li jirrakkonta l-istorja tiegħu biex juri l-innoċenza tieghu fil-qorti.
Mifhum li wieħed mit-28 persuna li għexu mit-traġedja tad-dgħajsa ipprovda ħames sigħat ta’ xhieda. Kien hemm ukoll persuni ohra li kellhom jirrakkuntaw x’kien seħħ tassew f’dawk is-sigħat fatali.
Il-Prosekuturi qalu li n-nies li salvaw mit-traġedja identifikaw lil Malek bhala l-Kaptan tad-dgħajsa li baqgħet diehla go vapur merkantili li kien qed javviċinaha bl-iskop li jsalva lill-immigranti.
Malek u l-kollaboratur tiegħu, Mahmud Bikhit, kienu għamlu żmien hawn Malta flimkien mal-immigranti li salvaw mit-traġedja li kienet seħħet matul il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd. Malek, Bikhit u l-immigranti, imbagħad, kienu ttieħdu Sqallija fuq bastiment tal-gwardjani tal-kosta Taljani.
//= $special ?>