MELITA ……………………… 2
ST.ANDREW’S …………….. 2
Melita – P. Schranz: N. Micallef, I. Tufegdzic, E. Cornago, L. Bianco, F. Mennini Righini, J.P. Attard, N. Rizzo (A. Attard), J. Galea, A. Borg Olivier, K. Coleiro (K. Micallef)
St. Andrews -N. Grima, N. Vella Petroni, M. Sehitaj, B. Said, M. Johnson, M. Guillamier, J. Farrugia, N. Bradshaw (K. Nwoko), T. Grozev, M. Desira Buttigieg, E. Lattes
Referee – Glenn Tonna
Melita kienu sekondi bogħod milli jiksbu t-tielet post fil-klassifika meta kienu qed jirbħu 2-1 kontra St. Andrew’s, riżultat li kien jaċċertahom minn playoff kontra l-għaxar tim tal-Premier. Iżda St. Andrew’s kisbu draw drammatiku fil-95 minuta, riżultat li xorta ma kienx biżżejjed għall-vjola biex jirbħu l-kampjonat, iżda dan il-gowl tellef lil Melita żewġ punti prezzjużi u issa jridu jistennew ir-riżultat tal-lum bejn Gżira u Mqabba. F’każ ta’ rebħa tal-Maroons ikun hemm bżonn decider bejn Melita u Gżira għat-tielet post.
L-ewwel taqsima kienet kwieta u bilanċjata biż-żewġ naħat ftit li xejn joħolqu azzjonijiet u bl-isbaħ ċans jasal għand St. Andrew’s fil-ħin miżjud meta Matteo Desira Buttigieg falla ċans tad-deheb wara azzjoni tajba ta’ Nicholas Bradshaw.
Melita fetħu l-iskor fit-52 permezz ta’ ANTOINE ATTARD b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa. St. Andrew’s wettqu reazzjoni u wara pressjoni twila kisbu d-draw fis-77 minuta meta Matteo Desira Buttigieg twaqqa’ minn Tufegdzic għal penalty ċar u tkeċċija tal-istess Tufegdzic. TRAYO GROZEV skorja bi preċiżjoni.
Iżda seba’ minuti mit-tmiem minkejja li bi plejer inqas Melita reġgħu marru minn fuq meta Alan Borg Olivier qassam lejn is-sostitut KANE MICALLEF li kompla għal ġewwa mill-viċin.
L-aħħar minuti kienu drammatiċi biż-żewġ naħat jersqu kemm il-darba viċin il-gowl u meta kollox deher li Melita se jipiċċaw it-tielet, wasal il-gowl tad-draw ta’ St. Andrew’s fil-95 minuta meta MARIGEN SEHITAJ skorja b’daqqa ta’ ras wara freekick ta’ Joseph Farrugia.
//= $special ?>