Sport Waterpolo

Neptunes Champions

Sliema Frank Salt…………….4
Neptunes Grimaldi…………..5
(1-2),(2-1),(1-2),(0-0)

Neptunes Grimaldi huma ċ-Champons il-ġodda tal-kampjonat tax-Xitwa meta għelbu lil Sliema Frank Salt 5-4 f’partita bilanċjata. Neptunes rebħu l-kampjonat għaliex jekk San :iljan jirbħu l-partita kontra Sliema jispiċċaw punti ndaqs iżda fil-konfront dirett tilfu u ġew draw ma’ Neptunes.

B’dan is-suċċess Neptunes sar l-aktar tim li rebaħ il-Kampjonat tax-Xitwa, disgħa kontra t-tmienja ta’ Sliema. Din kienet ukoll l-ewwel logħba għall-kowċ il-ġdid Zoran Mustur. Sliema pattew qares għal diversi okkażjonijiet falluti lejn l-aħħar tal-logħba.

}ewġ gowls ta’ Niki Lanzon poġġew lil Neptunes fil-vantaġġ ta’ 2-1 b’John Soler iġib id-dro momentarju. Mercieca poġġa lil Neptunes 3-1, iżda Sliema wettqu reazzjoni u ġabu d-draw sa tmiem it-tieni sessjoni 3-3.

Sliema saħansitra marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Soler iżda Mercieca u Stellini reġgħu poġġew lil Neptunes 5-4 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet dik deċiżiva biż-żewġ timijiet jitilfu diversi okkażjonijiet ta’ skor biex Neptunes rebħu l-partita 5-4.

Sliema> R. Coleiro, J. Gabarretta, E. Meli, T. Sullivan, M. Meli (1), J. Soler (2), M. Spiteri Staines, C. Cluett, J. Brownrigg (1), A. Attard, A. Mifsud, J. Gambin, Z. Sciberras

Neptunes> A. Borg Cole, N. Lanzon (2), M. Lanzon, M. Stellini (1), T. Agius, S. Xerri de Caro, G. Mizzi, J. Camilleri, L. Gialanze, M. Zammit, B. Lanzon, M. Castillo, C. Mercieca (2)

Referees> Peter Balzan, Alex DeRaffaele