Il-Kap tal-Eurogroup tal-Ministri tal-Finanzi, Jeroen Dijsselboem, wissa li jridu jsolvu ‘l-problemi kbar ħafna’ qabel jista’ jsir kwalunkwe ftehim dwar id-djun kbar tal-Greċja.
Dijsselboem kien qed jitkellem wara laqgħa mimlija bit-tensjoni, fil-Latvja, bejn il-Ministri tal-Finanzi taz-zona ewro u l-uffiċjali tal-Gvern Grieg.
Il-Ministri qed jippruvaw jaqblu dwar ftehim li jgħin biex il-Greċja tissodisfa l-obbligi fuq id-djun. Dan meta l-Gvern Grieg, ix-xahar id-dieħel, irid iħallas lura kważi biljun ewro lill-kredituri, fost ir-rapporti li qed isibha diffiċli biex jiġġenera l-finanzi meħtieġa.
Is-sitwazzjoni hi tant li, ftit tal-jiem ilu, il-Gvern Grieg talab lill-entitajiet fis-settur pubbliku biex jgħaddulu xi riservi ta’ flus potenzjali biex ikun jista’ jagħmel il-pagament dovut fid-data stabbilita.
//= $special ?>