Dan l-aħħar ħames atleti Maltin mid-dixxiplina tal-Powerlifting irrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Ewropej WDFPF f’Wexford fl-Irlanda.
Kris Mintoff temm fl-ewwel post fil-kategorija ta’ taħt id-90 kilo meta refa’ total ta’ 630kg. Charles Degiorgio temm fit-tieni post fil-kategorija ta’ taħt il-75 kilo b’total ta’ 567.5kilo.
Wayne Gregoraci kiser rekord dinji fil-bench press fil-klassi ta’ taħt id-19-il sena u fil-kategorija ta’ taħt il-100 kilo b’refgħa ta’ 145.5 kilo.
Cleaven Cutajar ħa t-tieni fil-kategorija ta’ taħt il-110 kilo b’total ta’ 560 kilo filwaqt li Justin Said spiċċa fir-raba’ post fil-kategorija ta’ taħt is-67.5kg kilogramma, b’total ta’ 430 kilo.
//= $special ?>