L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fedearazzjonijiet tal-Atletika (IAAF) talbet lill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) biex is-sospensjoni tal-Kenjana, Rita Jeptoo, tiżdied minn sentejn għal erba’ snin. Hi bħalissa tinsab sospiża sal-2016 u b’hekk mistennija titlef il-Kampjonati Mondjali li se jsiru f’Awwissu fil-belt ta’ Kazan fir-Russja.
F’Settembru Jeptoo kienet instabet pożittiva għad-doping u sospiża immedjatament għal sentejn. Jeptoo dejjem sostniet li s-sustanza illegali kienet f’xi mediċina li ngħatat wara li kellha inċident tat-traffiku.
Jeptoo, li għandha 34 sena hi waħda minn 36 Kenjani li f’dawn l-aħħar sentejn instabu pożittivi għad-doping. Fl-aħħar snin hija rebħet il-maratoni ta’ Boston, Chicago, Pariġi, Milan u anke Lisbona.
//= $special ?>