Bejn għada u l-Ħadd l-eks champion nazzjonali tal-Hillclimb, Zach Zammit se jkun qed jikkompeti fl-ewwel round tal-Kampjonat mil-British Speed Hill Climb għall-2015 li se jsir fi Prescott.
Zammit b’hekk se jkun l-ewwel Malti li ħa sehem f’dawn il-kampjonati tar-Renju Unit. Huwa se jikkompeti bil-karozza l-ġdida tiegħu Empire chassis 1400cc b’makna Suzuki Hayabusa.
Din il-karozza hi mibnija fuq ir-regolamenti tekniċi ta’ Malta u għalhekk se tkun 85 kg itqal mill-karozzi Brittanniċi fl-istess klassi waqt li se jkollha makna iżgħar għall-klassi tagħha.
Il-mira ta’ Zammit hi li jtemm l-erba’ tiġrijiet fi Prescott waqt li jidra aktar il-karozza tiegħu biex jipprepara ruħu aħjar għal tmiem il-ġimgħa d-dieħla meta bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju se jkun qed jieħu sehem fil-Hill Climb ta’ Shelsley Walsh.
//= $special ?>