Lokali

Żagħżagħ Maltin jiġbru iktar minn $315,000 għal logħba ġdida

Grupp ta’ żagħżagħ Maltin li jiffurmaw Mighty Box, studio tal-logħob ibbażat f’pajjiżna, irnexxielhom jiġbru s-somma ta’ $315,109 f’fondi għal proġett ġdid li qed jaħdmu fuqu, il-board game Posthuman.

Il-Maltin użaw is-sit Kickstarter, fejn persuni li jkunu qed jaħdmu fuq xi proġett jitolbu lill-pubbliku biex joffri donazzjoni u jgħin dawn il-proġetti jsiru realta’. Għal Posthuman, il-Maltin kienu qed jittamaw li jiġbru madwar $27,000, somma li ntlaħqet immedjatament wara biss ftit iem.

Min jilgħab Posthuman se jieħu r-rwol ta’ wieħed mill-aħħar umani fid-dinja, fejn in-natura qed tieħu f’idejha d-dinja u tipprova teqred l-umanita’. L-isfida hi li min jilgħab il-logħba jrid isalva hu u l-aħħar umani li għad fadal.