Għal sena oħra f’pajjiżna qed issir l-IFA Global Press Conference li laqqgħet madwar 300 ġurnalist minn 50 pajjiż differenti f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan.
L-IFA hi trade show ewlenija dwar l-elettronika u l-appliances tad-dar. Din hi t-tieni darba li l-ġurnalisti minn madwar id-dinja tlaqqgħu f’Malta wara avveniment simili li saru b’suċċess fl-2009.
Din il-laqgħa f’pajjiżna saret bi tħejjija għat-trade show li se ssir f’Berlin bejn l-4 u d-9 ta’ Settembru li ġej, u li matulha mistennija jiġu mnedija wkoll prodotti ġodda.
Fil-lukanda f’San Ġiljan, li nbidlet minn fuq s’isfel għal din l-attivita’, kien hemm ukoll numru ta’ prodotti esebiti, minn mobiles għal televiżjonijiet u appliances oħra tad-dar li ġibdu l-attenzjoni tal-ġurnalisti barranin.
Il-laqgħa tal-2015 f’Malta saret għad-disa’ darba sa mill-2006, meta saret l-ewwel darba f’Ateni, fil-Greċja.
//= $special ?>