Uffiċjal fis-sezzjoni tan-nisa ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sfat aggredita minn priguniera waqt il-qadi ta’ dmirijietha. Hija soffriet minn ġrieħi f’ wiċċha u rkupptejha.
Dan skont stqarrija li tgħid li dak li seħħ illum mhux l-uniku każ li seħħ kemm f’din is-sezzjoni tal-ħabs.
Apparti dan l-inċident, fi żmien xahar seħħew żewġ każijiet oħra ta’ allegazzjonijiet minn priġunieri li ġew imsawwta minn uffiċjali tal-Faċilita’, liema allegazzjonijiet, skont il-General Workers’ Union u l-Correctional Officers’ Union, huma infondatti u mhux veritieri.
Fl-istqarrija, il-President tal-Correctional Officers’ Union, flimkien mal-kumplament tal-Kumitat Eżekuttiv, esprimew is-solidarjeta’ sħiħa tagħhom mal-uffiċjali involuti.
//= $special ?>