Lokali

Għawdxi jmut wara li waqa’ minn fuq krejn

Raġel ta’ 58 sena mix-Xagħra tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar 3 sulari minn fuq krejn.

Il-każ seħħ fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija u seħħ għal ħabta tal-11am. Ir-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ tikħil ma’ faċċata ta’ residenza privata.

Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex, flimkien mal-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Ġenerali t’Għawdex. Hu ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu u sfortunatament il-kundizzjoni ta’ saħħtu tant kienet ħażina li r-raġel tilef ħajtu iktar tard.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.