Ajruplan Airbus 320 tat-Turkish Airlines li kien qed jivvjaġġa lejn Milan kellu jagħmel inżul tal-emerġenza f’Istanbul, fit-Turkija, meta waħda mill-magni tiegħu ħadet in-nar, minuti mill-ħin tat-tlugħ.
Il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ kienu evakwati minnufih mill-ajruplan wara l-inżul fl-ajruport ta’ Ataturk, bl-awtoritajiet jikkonfermaw li ma kien hemm l-ebda midruba.
Kif wieħed jista’ jara mill-filmat, l-ilsna tan-nar u dħaħen dehru qed jaqbdu sew qabel l-inżul, bl-iskwadri għall-emerġenza, imbagħad, jieħdu azzjoni fil-pront biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
//= $special ?>