Lokali

Se jitressaq il-Qorti l-kaċċatur li laqat żagħżugħ Olandiż

Fil-11am se jitressaq il-Qorti l-kaċċatur li lbieraħ wassal biex żagħżugħ Olandiż kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura. Dan wara li ż-żagħżugħ intlaqgħat minn pellets taċ-ċomb, sparati mill-kaċċatur waqt li kien qed jikkaċja fl-inħawi ta’ Pembroke.

Dan l-inċident wassal ukoll għal tilwima bejn il-kaċċatur u ż-żgħażagħ barranin, li f’rapporti lil mezzi tax-xandir, qalu li l-kaċċatur kien abbużiv meta ikkonfrontat minnhom.

Fortunatament iż-żagħżugħ jinsab f’kundizzjoni tajba.