Il-ġeoloġisti fiċ-Ċili wissew li jista’ jseħħ żbroff qawwi ieħor mill-vulkan ta’ Calbuco li f’nofs il-ġimgħa beda jbewweġ id-dħaħen tal-ġmied u l-lava wara li kien dam inattiv għal 40 sena.
Id-dħaħen, għalkemm mhux daqstant intensivi, komplew ħerġin mill-vulkan fl-aħħar sigħat u l-awtoritajiet Ċileni ħarġu direttivi għall-evakwazzjoni preventiva ta’ mijiet ta’ persuni mill-ibliet tal-madwar minħabba l-possibbilta ta’ xi żbroff enormi ieħor.
//= $special ?>