Il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (il-CABS) żvelat kif kaċċatur l-bieraħ kien iffilmjat jipprova jispara għasfur protett qrib ir-runway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
CABS qalet li l-kaċċatur spara żewġ tiri fuq spanjulett f’distanza ta’ inqas minn 100 metru taż-żona tal-ajruport. Il-CABS qalet li minkejja li l-pulizija pprovaw jaqbdu l-kaċċatur, hu baqa’ ma nstabx.
Qalet ukoll li f’inċident separat, iffimljaw kaċċatur jispara erba’ tiri fil-Miżieb f’ħin li mhux suppost issir kaċċa. Ftit tal-ħin wara nstagħab moħbi fil-ħaxix sultan il-gamiem, li kien inqatel biss ftit qabel b’tiri ta’ arma tan-nar.
Il-CABS żiedet tgħid li dan hu t-tielet sultan tal-gamiem li nstab mejjet fil-Miżieb minn mindu fetaħ l-istaġun tal-kaċċa. Il-Miżieb hi żona mmexxija mill-FKNK.
//= $special ?>