IL-GAZZETTI TAL-ĦADD 28 T’APRIL 2015
Il-Mument titkellem dwar il-Laburisti ‘antiki’ li qegħdin jibdew jitilqu lil Joseph Muscat. Il-Mument iġġib ukoll silta min intervista mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li fiha jingħad li l-Partit Nazzjonalista żied 14,000 vot f’nofs il-pajjiż u qata’ d-distakk min mal-Partit Laburista bin-nofs.
Il-Kullħadd fil-faċċata tgħid li bħala medja ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta rċieva 2.5 sejħiet kuljum.
Il-faċċata ta’ l-Illum tiżvela li Mark Cutajar, li fl-aħħar jiem kien fil-mira ta’ kritika minħabba kunflitt ta’ interess bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport u Viċi President tal-Kumitat Olimpiku Malti, saħaq f’kummenti magħha li l-karriera tiegħu fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti kienet waslet fi tmiemha.
It-Torċa fil-faċċata tgħid li l-ispazju fil-kamra mortwarja ser jikber.
Minn naħa tagħha il-MaltaToday tgħid li l-gvern Malti kiseb propjeta’ ġdida f’Shanghai bi spiża ta’ żewġ miljun Ewro. Il-MaltaToday fil-faċċata tgħid ukoll li l-President tal-GRTU Paul Abela jista’ jispiċċa jkollu jirriżenja jekk jiġi mixli li gideb taħt ġurament.
The Sunday Times fil-faċċata titkellem dwar r-rapport dwar l-istruttura fiżika tal-isptar Mater Dei. Fil-faċċata nsibu ukoll biċċa minn intervista ma’ l-eks Ministru Manuel Mallia li fiha huwa jgħid li intuża bħala ‘scapegoat’.
The Malta Independent minn naħa tgħid tiżvela tħassib fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta dwar jekk il-presenża ta’ skola oħra għall-infermiera hux ser toħloq problemi għall-kors ta’ infermiera ta’ l-istess universita’.
//= $special ?>