Dalgħodu fil-Belt Valletta mal-erbat elef u ħames mitt membru tal-iscouts u l-girl guides għamlu l-parata annwali tagħhom u li għaliha attendiet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Il-Parata bdiet fi Triq ir-Repubblika u kompliet fi Triq il-Merkanti biex imbgħad fi Pjazza San Ġorġ il-President ta’ Malta ngħatat is-salut.
Għall-parata annwali attendew membri tal-iscouts u l-girl guides ta’ kull eta’ minn dawk l-aktar anzjani sat-tfal bil-parteċipazzjoni anke ta’ diversi baned li dalgħodu komplew jallegraw l-atmosfera fil-belt kapitali Valletta.
//= $special ?>