Ambjent Lokali

L-FKNK tgħid li BirdLife Malta qegħda tikser il-liġi

Fi stqarrija Lino Farrugia f’isem il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti saħaq li fir-rigward tas-sejba ta’ għasfur protett ferut jidher li BirdLife Malta qegħda tikser il-liġi billi qegħda fil-pussess ta’ għasfur protett b’mod illegali.

Fl-istqarrija għalhekk Farrugia f’isem l-FKNK jgħid li jispera li l-BirdLife Malta tkun aktar korretta fil-futur, sabiex jekk jirriżulta li verament xi ħadd spara fuq għasfur protett, dan ikun jista’ jiġi nvestigat minnufih mill-forzi ta’ l-ordni bil-possibbilta’ li jiżdied iċ-ċans li jinqabad min ikun wettaq xi att illegali. Jista’ jkun ukoll li l-għasfur ferut ikollu aktar ċans li jiġi salvat u riabilitat.

Sadanitant, l-istqarrija spjegat li l-FKNK talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex l-għaqda tkun infurmata bl-eżitu tal-investigazzjoni tal-pulizija rigward dan il-kaz.