Fl-isfond ta’ stennija li l-eks Ministru Manuel Mallia jerġa jinħatar bħala Ministru fejn saħansitra anke sar protest ġudizzjarju mill-Moviment Laburisti Batuti kontra dan The Sunday Times ppublikat intervista ta’ żewġ faċċati ma’ Mallia anke jekk f’din l-intervista Mallia għażel li jibqa fommu sieket għal kollox dwar jekk huwiex ser jingħata xi kariga jew le.
Intervista li fiha Manuel Mallia qal li fl-inċident dwar l-isparatura mix-xuffier tiegħu huwa intuża bħala ‘scapegoat’ jiġifieri bħala l-ħaruf tas-sagriffċċju.
Manuel Mallia fil-fatt qal li sa l-għada ta’ l-inċident huwa kien qiegħed igawdi appoġġ sħiħ u għalhekk ma’ kienx hemm kwistjoni ta’ riżenja. Saħaq fil-fatt li huwa m’għandu ebda dispjaċir għal fatt li baqa qatt ma’ rriżenja.
Manuel Mallia spjega li wara l-inċident issa huwa għandu l-appoġġ tal-grassroot Laburista aktar minn qatt qabel. Sostna wkoll li kien huwa stess li għażel li jgħammed lilu nnifsu bħala suldat tal-azzar fejn spjega li huwa jara lilu nnifsu bħala suldat tal-azzar għax xejn bl-ebda mod ma’ hu ser iċaqalqu.
Waqt l-intervista Manuel Mallia bl-aktar mod ċar saħaq ‘Fin-natura tiegħi minix bniedem arroganti. Anzi bil-maqlub naf ninzel għal kull livell. Nieħu gost niltaqgħa man-nies u ma’ naħsibx li jien xi ħaġa speċjali’.
Mallia fl-intervista spjega li l-ħbiberija tiegħu ma’ Joseph Muscat għadha waħda soda ħafna u fl-ebda ħin ma’ ġiet mtappna.
Matul l-intervista Mallia kien mistoqsi wkoll dwar Silvio Scerri, li spiss kien fil-mira ta’ kritika ħarxa, iżda Mallia f’risposta qasira u xotta ddefenda bil-qawwi lill-istess Scerri.
Fi tmiem ta’ l-intervista Manuel Mallia qal li hu m’għandux bżonn il-politika u li daħal għaliex ħeġġu biex jagħmel hekk Joseph Muscat.
//= $special ?>