Lokali

F’Santa Venera: Żebgħu l-bollards u l-karozzi magħhom

Sidien ta’ karozzi li kienu pparkjati ma’ bankina f’Santa Venera rritornaw lura għall-vetturi tagħhom u sabuhom milquta biż-żebgħa friska li għamlu ħaddiema tal-Kunsill Lokali.

Jirriżulta li matul il-ġurnata l-ħaddiema ntbagħti jiżbgħu numru ta’ bollards li jinsabu mal-bankini f’żona ta’ parkeġġ bħala mezz ta’ sigurta’. Imma mal-bollard, il-ħaddiema spiċċaw ħallew ukoll linja żebgħa safra mal-karozzi li kienu pparkjati.

Fil-post fejn sar ix-xogħol ma jidher li kien hemm l-ebda notifika minn qabel biex is-sewwieqa ma jipparkjawx għaliex kien se jsir xi xogħol.