Lokali

L-FKNK ma taqbilx mal-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa

Il-Federazzjoni kaċċaturi, Nassaba, Konservazzjonisti (FKNK) ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-Gvern li għalaq l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa wara l-każi ta’ illegalita’ li seħħet fl-aħħar jiem.

Qal dan il-kap Eżekuttiv tal-FKNK Lino Farrugia f’kummenti li għadda lil Newsbook, fejn ilmenta li b’din id-deċiżjoni ġew ikkastigati l-kaċċaturi kollha, inkluż dawk li dejjem irrispettaw il-liġi.

Fl-istess kummenti Lino Farrugia qal ukoll li dwar l-aħħar każ ta’ kaċċa llegali, fejn seqer intlaqat minn żewġ tiri u waqa’ midrub f’bitħa ta’ skola quddiem għajnejn l-istudenti, għad lanqas hu magħruf min kien li spara fuq din it-tajra u jekk kienx kaċċatur jew le.