L-Oppożizzjoni, permezz tad-Deputati Claudio Grech u Kristy Debono, talbu għal laqgħa urġenti tal-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-Libja.
L-Oppożizzjoni għadha temmen li s-sitwazzjoni preżenti tal-interessi kummerċjali Maltin fil-Libja hi waħda ta’ tħassib serju, li timmerita attenzjoni speċjali.
F’dan id-dawl, l-Oppożizzjoni diġà ressqet żewġ proposti biex isaħħu u jissalvagwardjaw l-impjiegi lokali f’kumpaniji li joperaw fil-Libja. L-Oppożizzjoni ssostni li hu importanti li f’dan il-mument, il-politiċi ma jibqgħu ċassi jew passivi quddiem din is-sitwazzjoni u hu propju għalhekk li qed tkun proattiva.
//= $special ?>