L-għaqda mhux governattiva Gender Liberation, li taħdem fost persuni transesswali, intersex u “gender diverse”, nediet l-ewwel proġett tagħha, bl-isem Bejta.
Il-proġett, imniedi fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, hu intiż li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-komunità transesswali, intersex u “gender diverse” f’Malta, inkluż persuni ta’ etajiet differenti, billi joħloq netwerks fost l-individwi u s-soċjetà b’mod ġenerali f’Malta u f’Għawdex b’appoġġ, inizjattivi ta’ outreach u ta’ solidarjetà.
Il-President ta’ Malta uriet l-appoġġ tagħha għall-proġett Bejta u semmiet l-importanza ta’ post fejn jiltaqgħu persuni li ħafna drabi huma iżolati. Qalet li dan il-proġett jista’ jservi bħala motiv ta’ bidla soċjali fejn il-komunità titgħallem, taqsam l-esperjenzi u tgħaddi l-għerf lill-bqija tas-soċjetà fil-pajjiż.
//= $special ?>