Nhar il-Ħadd saret ir-raba’ Fun Race ta’ dan l-istaġun fit-track tal-MotoX tax-Xħajma, f’Għawdex. Din l-attività kienet parti minn sensiela ta’ attivitajiet minn diversi dixxiplini sportivi organizzati mill-Gozo Sports Board imsejħa Tmiem il-Ġimgħa Sportiva f’Għawdex.
Il-pubbliku attenda bi ħġaru għal din l-attività fejn assista għal wirja mpekkabbli minn sewwieqa ta’ muturi MotoX kif ukoll sewwieqa ta’ Trials.
It-tlielaq tal-MotoX kienu maqsumin fi tliet kategoriji A , B u Ċ u r-rebbieħa kiebnu dawn:
Kategorija A – Robert Spiteri, Charles Borg, Keith Bugeja
Kategorija B: Nathaniel Camilleri, Nicovich Chircop, Daniel Camilleri
Kategorija Ċ: Jorn Stellini, Matthie Bailey, Roderick Grech, Kurt Fenech
Sadanittant, fit-Trials kien hemm wirja mis-sewwieqa Etienne Bigeni, Frans Xuereb u Joseph Bigeni.
Preżenti wkoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Alvin Grech, Joe Bajada u John Busuttil żaru l-attività f’isem il-Gozo Sports Board.
Fi tmiem il-Fun Race, is-sewwieqa li spiċċaw fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post ngħataw trofew kull wieħed.
Il-programm tal-kampjonat Għawdxi issa jintemm nhar il-Ħadd, 3 ta’ Mejju u t-tlielaq jibdew fis-1pm.
//= $special ?>