Fi tmiem il-Ġimgħa ntlagħbet il-finali tal-Billiards, (magħrufa mad-dilettanti bħala l-logħba ta l-Ingliża), fil-Każin tal-Banda Mount Carmel fil-Gżira. Din kienet bejn Gużi Grech u Mario Brincat u għaliha attendew numru konsiderevoli ta’ spettaturi.
Il-finali li kienet fuq ħin ta’ sagħtejn u nofs u ikkontrollata mir-referee internazzjonali, Frans Bugeja, intrebħet minn Gużi Grech, bil-punteġġ finali ta’ 894-442.
Ta’ min jirrimarka li din kienet id-19, il-darba konsekuttiva li Guzi Grech (eksChampion tad- Dinja) rebaħ dan il-kampjonat lokali.
Fi tmiem il-final saret il-preżentazzjoni lir-rebbieħ u r-runner-up, minn Neville Chetcuti, membru fl-eżekuttiv tal-MBSA.
//= $special ?>
