Qorti tal-Appell fil-Korea t’Isfel ikkundannat lill-kaptan ta’ ferry li għereq sena ilu b’mijiet ta’ persuni abbord, biex jiskonta ħabs għal għomru fuq akkuża ta’ omiċidju.
Il-verdett fil-konfront ta’ Lee Joon-seok jenfasizza l-verdett ta’ kundanna preċedenti għat-traġedja li seħħet taħt ir-responsabbilta ta’ dan il-Kaptan. Il-ferry ‘Sewol’ kien għereq fis-16 ta’ April tal-2014 u bir-riżultat li mietu ‘l fuq minn 300, li l-maġġoranza tagħhom kienu tfal.
Il-Kaptan Lee Joon-seok, f’Novembru li għadda, kien instab ħati dwar negliġenza u kien ikkundannat għal 36 sena priġunerija.
Madankollu, il-qraba tal-vittmi tal-ferry esprimew rabja talli l-Kaptan ma kienx ikkundannat għal omiċidju u speċjalment ladarba sar magħruf li hu kien abbanduna l-vapur waqt il-kriżi.
Intant, il-qorti tal-appell ikkonfermat sentenzi anqas iebsa għal 14 il-membru ieħor tal-ekwipaġġ tal-ferry li wkoll kienu taħt proċess.
//= $special ?>