Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

Il-Libja impenjata li tkun sieħeb mal-Ewropa quddiem l-immigrazzjoni

L-Ambaxxata Libjana f’Malta qalet fi stqarrija li qed issegwi mill-qrib u tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran. Quddiem dawn il-kundizzjoni u l-kriżi, l-Ambaxxata Libjana f’Malta appellat għall-appoġġ tal-komunità internazzjonali lil-Libja quddiem il-periklu tal-gruppi terroristiċi.

L-Ambaxxata Libjana qalet li l-problema tal-immigrazzjoni irregolari hi waħda mill-problemi li l-Libja qed tiffaċċja. Biex din il-problema tissolva, il-Libja għandha bżonn Riżoluzzjoni komprensiva għall-aspetti kollha tal-kriżi preżenti.

Il-Libja, sostniet l-Ambaxxata, hi impenjata li tkun sieħeb onest u effettiv għall-qafas Ewro-Mediterranju. Dan jista’ jinkiseb b’koperazzjoni mal-pajjiżi Afrikani, li jservu bħala pajjiżi li fihom jidħlu l-immigranti lejn il-Libja u wara lejn l-Ewropa.

Fl-istqarrija, l-Ambaxxata Libjana offriet il-kondoljanzi u s-simpatiji lill-pajjiżi u l-familji tagħhom għall-vittmi li tilfu ħajjithom fit-traġedja fil-Mediterran, filwaqt li espremiet dispjaċir li din il-problema qed tikber.