Lokali

Il-PN hu “umbrella wiesgħa li tilqa’ l-ikbar firxa ta’ nies” – Simon Busuttil

“Il-Partit Nazzjonalista niddeskrivieh bħala umbrella wiesgħa, li taħtha jistgħu jistkennu l-iktar firxa wiesgħa ta’ nies.” Sostna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil f’intervista waqt il-programm Reporter fuq l-istazzjon nazzjonali.

Matul l-intervista, il-Kap tal-PN qal li l-onesta’ politika hi t-timbru tat-tmexxija tiegħu u l-pedament li fuqha irid jibni mill-ġdid il-fiduċja tal-poplu fil-PN. Min-naħa l-ohra, Joseph Muscat qed ifalli. Mhux biss mhux qed iwettaq dak li jwiegħed iżda saħansitra jagħmel bil-kontra, b’settur partikolari jkun dak tal-enerġija.

Mistoqsi dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli lokali u l-interpretazzjonijiet differenti mogħtija mill-mexxejja politiċi, Simon Busuttil qal li l-interpretazzjoni tiegħu u tal-PN hi bbażata fuq fatti li wrew tnaqqis fid-distakk bejn iż-żewġ partiti; li minn 17% dan niżel għal 9%, id-differenza bejn in-numru ta’ kunsillieri eletti niżlet minn 30 għal 15 u tnaqqis tad-distakk fil-voti bin-nofs.

Simon Busuttil kompla li l-PN kien għamel kampanja fuq il-lokalitajiet filwaqt li l-Partit Laburista għamel kampanja madwar Joseph Muscat u ta’ insulti fil-konfront tiegħu.

Il-Kap tal-PN tkellem dwar iż-żjara tal-PM fl-Ażerbajġan u l-aħbar li l-Gvern xtara propjeta’ ta’ żewġ miljun ewro f’Shanghai. Hu qal li jaħbi min għandu x’jaħbi

Dwar l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa tliet ijiem qabel iż-żmien, Simon Busuttil qal li din id-deċiżjoni tal-Gvern kienet waħda inevitabbli. Tenna li “kull min ivvota iva, ma vvutax favur dawn il-pastażati u illegalitajiet.”

reporter