Il-Birdlife, f’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Qorti qalet li fl-istaġuni tal-kaċċa li jmiss tistenna li kull darba li jkun hemm l-ewwel illegalita’, l-istaġun tal-kaċċa jingħalaq.
Il-President tal-Birdlife, Mark Sultana qal li din is-sena l-ammont ta’ illegalitajiet kien ħafna ikbar minn dak irrapurtat fil-media.
Mark Sultana qal wkoll li sfortunatament il-kaċċaturi ma’ ħadux il-messaġġ tar-referendum, li kważi 50 fil-mija ta’ dawk li vvutaw huma kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Għaldaqstant la ma ħadux dak il-messaġġ komplew iwettqu l-illegalitajiet u joqtlu għasafar protetti.
//= $special ?>