Internazzjonali

L-Amerikani jiċħdu dwar ‘il-ħtif ta’ vapur tagħhom mill-Iran’

Uffiċjali Amerikani ċaħdu rapporti li ħarġu ftit tal-minuti ilu u li qalu li l-qawwiet tal-baħar Iranjani kienu ħatfu vapur tal-merkanzija tal-Istati Uniti.

In-network tat-televiżjoni Al-Arabiya, qabel, irrapporta li vapur Amerikan ‘kien inħataf u twassal lejn port tal-Iran’. Madankollu, kelliema għall-Pentagon tal-Istati Uniti wieġbu li qed isegwu sitwazzjoni ‘fejn inħataf vapur (mill-Iranjani) irreġistrat fil-Gżejjer Marshall’.

Dawn il-kelliema sostnew li l-vapur inkwistjoni ‘ma kellu l-ebda Amerikani abbord’, bir-rapport ikompli li l-opri tal-baħar Iranjani kienu sparaw tiri ta’ twissija minbarra li ħarġu d-direttivi biex il-vapur – l-MV Maersk Tigris – ‘jidħol aktar ‘il ġewwa fl-ibħra tal-Iran’

Skont il-Pentagon, il-‘Maersk’ kien qed jivvjaġġa mir-rotta tal-baħar ta’ Hormuz u mifhum li destroyer tal-Istati Uniti, issa, intbagħat lejn ir-reġjun biex isegwi s-sitwazzjoni.