Lokali

L-eks President tal-MUMN magħżul mill-Gvern bħala konsulent

L-eks President tal-MUMN, Paul Pace, inħatar bħala Advisor – Nursing Deployment fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa.

Fl-istqarrija tal-Gvern, ntqal li Paul Pace għandu esperjenza vasta fil-qasam tan-nursing, fejn fost oħrajn matul dawn l-aħħar disa’ snin kien President tal-MUMN.

Il-Gvern qal li fis-snin li ġejjin, b’rabta mal-proġetti mħabbra mill-gvern fil-qasam tas-saħħa, f’pajjiżna mistenni jkollna ingaġġ qawwi ta’ infermiera u professjonisti oħra fil-qasam mediku, għaldaqstant Pace se jkun qiegħed jagħti pariri fuq l-ingaġġ tal-infermiera.