Il-President tal-FKNK Joe Perici Calascione qal li l-federazzjoni qed tikunsidra tieħu passi legali biex ma jiġux ikkastigati l-kaċċaturi kollha minħabba każijiet ta’ qtil ta’ għasafar protetti.
Tard wara nofsinhar l-FKNK għamlet konferenza tal-aħbarijiet li matulha spejgat kif ma jaqblux li l-kaċċaturi kollha u spiċċa biex il-gvern għalaq l-istaġun tal-kaċċa tlett ijiem qabel suppost spiċċa.
Joe Perici Calascione qal jekk jeżistux pajjiżi fejn għal xi ħaġa ħażina li għamel xi ħadd partikolari jispiċċa jingħata kastig kulħadd.
Calascione qal wkoll li l-ewwel l-Awtoritajiet kellhom ilestu l-investigazzjonijiet fuq il-każ tal-għasfur protett li ntlaqat u waqa’ f’bitħa ta’ skola, u wara jittieħdu l-passi meħtieġa mingħajr il-bżonn li jingħalaq l-istaġun tal-kaċċa
Joe Perici Calascione qal li l-federazzjoni tikundanna dawn it-tip ta’ illegalitajiet filwaqt li reġa saħaq spiċċaw qed ibatu dawk il-kaċċaturi li mxew b’mod eżemplari tul l-istaġun tal-kaċċa
//= $special ?>