Bit-telfa ta’ Rabat 1-2 kontra Jival, Mqabba Masters saru Champions tal-kampjnat MSV Life minkejja li fadalhom żewġ partiti oħra. Wara din il-logħba Mqabba ikkonfermaw il-qawwa tagħhom b’rebħa 10-5 fuq BOV u issa jonqoshom biss l-aħħar partita kontra Rabat Boys, li kien it-tim li baqa’ jisfidahom matul il-kampjonat. Mqabba kien jimmeritahom it-titlu u baqgħu mingħajr telfa fejn minn 13-il partita ħadu biss draw wieħed.
Glenn Barry kien l-aħjar skorer tagħhom b’total s’issa ta’ 34 u jista’ jsir l-aqwa skorer tal-kampjonat jekk jiskorja ieħor kontra r-Rabat fl-ahhar partita il-Ħamis. Glenn Bary kontra BOV waqqaf rekord meta skorja 7 goals f’partita waħda.
Fil-partiti l-oħra Jival komplew juru progress meta kisbu rebħa diffiċli kontra Rabat Boys 2-1 b’doppjetta ta’ Marvin Pavia, filwqt li Mosta Shaggy Pub rebħu lil Luxol 9-6 u laħquhom fit-tielet post tal-klassifika.
//= $special ?>

