224 Kunsillier li kienu eletti fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-11 ta’ April f’34 lokalita’ illum ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-kariga tagħhom. 108 minnhom (48%) huma kunsillieri li ġew eletti għall-ewwel darba.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess fil-ħidma tagħhom fil-lokalitajiet. Il-Kunsillieri Lokali għandhom jaħdmu għall-ġid tal-lokalità, mingħajr għamad politiku, u flimkien għandhom jirsistu biex jagħmlu differenza fil-lokalità tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista jinsisti mal-Gvern biex isib il-fondi neċessarji biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jaħdmu u jwettqu proġetti għall-ġid tar-residenti kollha. Huwa importanti li l-Gvern jifhem li mingħajr flus, il-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu jwettqu l-programm elettorali li ġew eletti fuqu.
Il-Partit Nazzjonalista qed iħeġġeġ lill-Gvern ukoll biex jiddeċiedi dwar riformi importanti marbutin mal-Kunsilli Lokali, fosthom is-sistema tal-gwardjani lokali, d-devoluzzjoni ta’ aktar poteri lill-Kunsilli Lokali, kif ukoll is-sistema tar-reġjuni.
F’diskors qasir, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici feraħ lil dawk eletti u rringrazzja lill-kandidati li ma ġewx eletti. Hu appella lill-kunsillieri biex jinvolvu lill-kandidati li ma ġewx eletti fil-ħidma favur il-lokalita’.
Hu rrimarka li ż-żagħżagħ marru aħjar min-nisa hekk kif 71% taż-żagħżagħ li kkontestaw dawn l-elezzjonijiet kienu eletti filwaqt li 55% tan-nisa li kkontestaw kienu eletti. Owen Bonnici tkellem ukoll dwar sforz ikbar biex iktar nisa jkunu f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija hekk kif 15%, jew 10 sindki huma nisa.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ukoll feraħ lill-kunsillieri eletti u rringrazzja lill-kunsillieri uxxenti li jew għażlu li ma jikkontestawx jew ma ġewx eletti għat-tmien leġislatura.
Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra kien hemm ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali David Agius.
Il-Kunsillieri kollha ħadu l-ġurament tal-ħatra f’żewġ ċerimonji f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-Kunsillieri l-ġodda kienu dawn:
Il-Birgu- John Boxall, Anthony Gellel, Trevor Mizzi, Eman Zerafa, Lawrence Attard L-Isla- Giuseppe Casha, Clive Pulis, Malcolm Gatt, Christopher Cocker, Anthony Bonavia
Ħal Qormi- Ralph Puli, Rosianne Cutajar, Jesmond Aquilina, Jerome Caruana Cilia, Bjorn Azzopardi, Renald Falzon, Josef Aquilina, Robert Reno Cremona, Martina Brancaleone, Marvin Zammit, Antoine Saliba Haig
Ħaż-Żebbuġ- Roderick Aquilina, Sarah Agius, George Cortis, Clive Azzopardi, Alfred Grixti, Vernalise Bartolo, Kevin Glynn, Philip Said, Christopher Bongailas
Is-Siġġiewi- Karol Aquilina, Clayton Cutajar, Julian Borg, Alessia Psaila Zammit, Dominic Grech, Gillian Farrugia Pace, Nicholas Cassar
Ħ’Attard- Stefan Cordina, Mark Anthony (Marco) Spiteri, Raymond Azzopardi, Marie Louise Abela, Alex Mangion, John Debono, Maria Concetta (Connie) Scerri, Ralph Cassar, Alfred Zammit
Ħal Balzan- Desmond Zammit Marmara, Ian Spiteri, Daniel Muscat, Andre Grech, Joseph Mary Galea
Birżebbuġa- Kevin Barun, Joseph Cutajar, Joseph Baldacchino, Leanne Grech, Josepha Busuttil, Hermann Ruben Schiavone, Stanley Zammit
Ħad-Dingli- David Vassallo, Sandro Azzopardi, Raymond Schembri, Rachel Powell, Paul Mamo
Floriana- Davina Sammut, Matthew Paris, Ivan Hallet, James Aaron Ellul, Vincent Borg
Il-Gżira- Wayne Hewitt, Graziella Schembri, Conrad Borg Manche, Ralph Mangion, Neville Chetcuti, Joseph Galea, Jeremy Cardona
Għajnsielem- Larry Buttigieg, Frank (Franco) Ciangura, Kevin Cauchi, Kareen Xuereb, Peter Caruana
Ħal Għargħur- Ġiljan Aquilina, Mario Gauci, Christopher Fenech, Carl Grech, Mark Azzopardi
Il-Ħamrun- Christian Sammut, Vincent Bonello, Antonello Cuschieri, Carmen Borg, Marie Louise Portelli, Jurgen Carl Grixti, Efrem (Efrem Anthony) Buttigieg,
L-Iklin- Anthony Dalli, Wilfrid Buttigieg, Maria Stella Azzopardi, Yvonne Bartolo, Dorian Sciberras
Ta’ Kerċem- Mario Azzopardi, Raymond Azzopardi, Paul Mizzi, David Mizzi, Frankie Attard
Ħal Kirkop- Terence Agius, Stephen Mizzi, John Luke Cassar, Joseph Schembri, Antoinette Cefai
Ħal Luqa- John Schembri, Denise Cutajar, Kearon Bruno, Eric Charles Camilleri, Lucia Massa, Victor Caruana, Elaine Camilleri
Il-Marsa- Francis Debono, Josef Azzopardi, Frank Zammit, Jean Paul Zammit, Dominic Andrew Spencer
Marsaxlokk- Horace Gauci, Steven Grech, Stephen Caruana, Daniel Zerafa, Janice Chetcuti
Il-Mosta- Edwin Vassallo, Alexander Muscat, Ivan Bartolo, Keith Cassar, Rachel Tua, James Cassar, Gian Luca Busuttil, Mario Sammut, Angele Rapa, Karl John Tanti, Maria Pia Bonnici, Mark Micallef, Joseph Gatt
Il-Munxar- Carmen Said, Robert Mallia, Damien Christ Spiteri, Paul Curmi, Sonja Abela
In-Nadur- Edward Said, Josianne Cutajar, Eucharist Camilleri, Michael Camilleri, Rita Marcel Mifsud
Paola- Dominic Grima, Steven Axisa, Roderick Spiteri, Bernard Sean Lynch, Nicholas Seychell, Tyrone Muscat, Ivan Bartolo
Il-Qala- Clint Camilleri, Paul Buttigieg, Paul Buttigieg, Karl Buttigieg, Jesmond Borg
Ħal Safi- Peter Paul Busuttil, Johan (John) Mula, Francis Callus, Carlos Stivala, Joanna Abdilla
San Ġiljan- Karl Gouder, Guido Dalli, Martin John Sultana, Albert Buttigieg, John Agius, Adrian Dominic Ellul, Rita Dimech Portelli, Clayton Luke Multa, Clayton Tanti Gregoraci
San Lawrenz- Noel Formosa, Franco Buhagiar, Anthony Formosa, Carmela Grima, Joseph Michael Cauchi
San Pawl il-Baħar- Graziella Galea, Alfred Grima, Raymond Tabone, David Thake, Paul Bugeja, Mandy Buhagiar, Anne Marie Fenech, Robert Anthony Piscopo, Joseph Vella, Antoinette Bezzina, Matthew John Barbara, Stephen Cremona, Daniel Grima.
Santa Luċija- Terrence Ellul, Frederick Cutajar, Liam Sciberras, Caroline Galea, Joseph M. Bonello
Is-Swieqi- Noel Muscat, Alexander Chetcuti, Justin Fenech, Mary Anne Abela, Paul Fenech, Alfred Curmi, Teresa Valentino, Mauro Miceli, Mario Grazio Fava
Ix-Xagħra- Joseph Cordina, Joseph Attard, Aaron Agius, Christian Joseph Zammit, Kevin Cutajar
Iż-Żebbuġ- Nicky Saliba, Christian Cassar, Carmelo Saliba, Daniel Cordina, Sandra Grech
Iż-Żurrieq- Ignatius Farrugia, Rita Grima, Jean Pierre Attard, Tiffany Ann Farrugia, Joseph D’Amato, Pierre Farrugia, Kenneth Farrugia, David Abdilla, Dino Bonnici