Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Fil-ġurnali dalgħodu jispikkaw rapporti dwar is-sentenza tal-Qorti li ngħatat fil-konfront ta’ Kirsten Mifsud, li spara u qatel tajra protetta bil-konsegwenza li ngħalaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

IN-NAZZJON b’storja dwar sejba ta’ oqbra Puniċi f’Għawdex. Storja wkoll dwar il-mod kif l-Oppożizzjoni tressaq Abbozz ta’ Liġi biex il-wirt komuni jkun imħares għall-ġenerazzjonijiet ta’ għada.

THE MALTA INDEPENDENT b’dettalji mis-sentenza tal-Qorti li ngħatat fil-konfront ta’ Kirsten Mifsud li kaġun tiegħu ngħalaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Storja wkoll dwar kif il-Gvern qed isibha diffiċli li jċaqlaq il-monti tal-Belt fuq naħa waħda biss ta’ Triq l-Ordinanza f’attentat biex ma jkunx hemm gabbani tal-monti maġenb il-bini tal-Parlament.

MALTATODAY b’storja dwar is-sentenza li ngħatat lil Kirsten Mifsud wara li spara u qatel tajra protetta. Storja oħra dwar kif l-FKNK qed ifittxu azzjoni legali wara li ngħalaq l-istaġun tal-kaċċa.

L-ORIZZONT b’storja dwar raġel minn Ħal Qormi li beda għaddej proċeduri ġudizzjarji akkużat li sawwat lil iben is-sieħba tiegħu ta’ ħames snin u li jbati mill-kundizzjoni tal-awtiżmu.

TIMES OF MALTA bil-faċċata dominata mis-sentenza tal-Qorti fil-konfront ta’ Kirsten Mifsud wara li qatel tajra protetta.