Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea tagħlaq proċeduri kontra Malta

Il-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-Unjoni Ewropea llum għalaq disa’ proċeduri ta’ ksur li kienu nfetħu kontra Malta, fosthom każ li kien ilu miftuħ mis-27 ta’ Ġunju tal-2008.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li tmienja mid-disa’ proċeduri kienu marbuta man-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ direttivi Ewropej waqt li l-proċedura l-oħra kienet tittratta ksur fit-twettieq ta’ direttiva.

Il-Gvern spjega li bħalissa hemm 20 każ ta’ proċedura miftuħa kontra Malta, li nofshom infetħu qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Każ minnhom qiegħed f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Gvern qal ukoll li qed isegwi l-każijiet kollha u ssottometta t-tweġibiet tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea.