Lokali

Il-MEPA tiftaħ konsultazzjoni pubblika għall-inħawi ta’ Pace Grasso f’Raħal Ġdid

Il-MEPA ppubblikat, għall-konsultazzjoni pubblika, qafas ta’ dokument dwar iż-żona ta’ 20,000 metru kwadru ta’ Pace Grasso f’Raħal Ġdid.

L-awtorità qed tistieden lill-pubbliku biex sat-12 ta’ Ġunju jibgħat is-sottomissjonijiet tiegħu wara li jkun ra l-abbozz tad-dokument u l-mappa fuq is-sit elettroniku tagħha.

Fl-abbozz tagħha, il-MEPA qasmet din iż-żona f’erba’ taqsimiet fejn qed tara li għandu jkun hemm żvilupp ta’ ċentru tas-saħħa reġjonali, ċentru għal persuni bi bżonnijiet speċjali, żona għal attivitajiet kummerċjali u nħawi oħra li jibqgħu spazji pubbliċi miftuħa.

Identifikat ukoll spazju għal parkeġġ pubbliku taħt l-art li jkun jesa’ mill-inqas 350 karozza.

Bħalissa fis-sit ta’ Pace Grasso hemm ġnien, grawnd tal-boċċi, klabb u grawnd tal-futbol mitluq, li kull tant jintuża bħala parkeġġ.