Hekk kif illum, il-Kunsillieri eletti jieħdu l-ġurament tal-ħatra, l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija awgura kull suċċess fil-ħidma tagħhom fil-lokalitajiet. Il-Kunsillieri Lokali għandhom jaħdmu għall-ġid tal-lokalità, mingħajr għamad politiku, u flimkien għandhom jirsistu biex jagħmlu differenza fil-lokalità tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista qal li qed jinsisti mal-Gvern biex isib il-fondi neċessarji biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jaħdmu u jwettqu proġetti għall-ġid tar-residenti kollha. Huwa importanti li l-Gvern jifhem li mingħajr flus, il-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu jwettqu l-programm elettorali li ġew eletti fuqu.
Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li jħeġġeġ lill-Gvern ukoll biex jiddeċiedi dwar riformi importanti marbutin mal-Kunsilli Lokali, fosthom is-sistema tal-gwardjani lokali, d-devoluzzjoni ta’ aktar poteri lill-Kunsilli Lokali, kif ukoll is-sistema tar-reġjuni.
//= $special ?>