Illum se jibda żjara statali f’Malta l-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Joachim Gauck li se jkun akkumpanjat mis-Sinjura Daniela Schadt.
Il-President Ġermaniż se jkollu laqgħat mal-President ta’ Malta, mal-Prim Ministru, mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u mal-Kap tal-Opożizzjoni.
Huwa mistenni jżur ukoll iċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa kif ukoll jiltaqa’ ma’ għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu mill-qrib mal-immigranti irregolari.
Gauck se jasal Malta llejla fil-5pm u jħalli pajjiżna lura lejn il-Ġermanja tard għada filgħaxija.
//= $special ?>