Sport

Imut ir-referee Willie Mifsud

Il-Billiards u s-Snooker f’Malta jinsab f’luttu hekk kif illum tħabbret il-mewt ta’ Willie Mifsud – referee internazzjonali tal-Billiards u Snooker li u membru tal-Bord tal-Malta Billiards & Snooker Association. Huwa kellu 66 sena.

Mifsud fl-aħħar jiem kien preżenti wkoll għall-partiti kollha mill-Kampjonati Ewropej li saru f’pajjiżna kif ukoll il-finali tal-Billiards il-ġimgħa l-oħra bejn Gużi Grech u Mario Brincat. Kien waqt din il-logħba li ħassu ma jiflaħx u ttieħed l-isptar fejn sfortunatament miet illum filgħodu.