Ftit tama fost il-ħerba li hemm fin-Nepal hekk kif tarbija ta’ erba’ xhur kienet salvata minn taħt it-terrapin tat-terremot ta’ ħhar is-Sibt.
Apparti t-tarbija, instabu nies oħra ħajjin taħt it-terrapin fosthom anki xi turisti barranin. Fil-kaz tat-tarbija, din qed tinżamm l-isptar minħabba l-feriti li kellha imma fortunatament m’hix fil-periklu tal-mewt.
S’issa l-vittmi huma ftit aktar minn 5,000 persuna imma l-Gvern tan-Nepal qal li mhux qed jeskludi li ċ-ċifra titla għal 10,000 persuna. Dan hekk kif hemm kważi nofs miljun persuna li spiċċaw refuġajti filwaqt li dawk effettwati b’xi mod jew ieħor mit-terremot huma tmien miljun persuna.
//= $special ?>