L-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna illum żar il-bastiment ‘Phoenix’ tal-fondazzjoni MOAS ( Migrant Offshore Aid Station) fil-Marsa.
Matul din iż-żjara l-Arċisqof iltaqa’ mal-fundaturi tal-MOAS, Christopher u Regina Catrambone, mal-ekwipaġġ tal-bastiment u ma’ għadd ta’ voluntiera.
L-Arċisqof Scicluna ċċelebra Quddiesa u bierek l-ekwipaġġ tal-‘Phoenix’, ftit jiem qabel tibda l-missjoni tal-MOAS għal din is-sena fil-baħar Meditteran.
L-Arċisqof Scicluna ppreżenta wkoll donazzjoni mill-fond personali tiegħu ta’ karità.
//= $special ?>