Il-Malta Developers Association (MDA) qed titlob lill-Gvern biex jestendi l-iskema li permezz tagħha dawk li jkunu se jixtru dar għall-ewwel darba jiġu eżentati mill-ħlas tal-boll sal-ewwel €150,000.
L-MDA qed tappella biex din l-iskema tiġi estiża b’xahrejn sa Ġunju għaliex tqisha bħala wieħed mill-passi li għenu ħafna biex jirkupra s-suq tal-propjetà.
L-assoċjazzjoni qalet li fl-istess ħin, il-Gvern żdiedlu d-dħul mit-taxxi fuq il-bejgħ ta’ propjetà u mhux naqaslu.
L-MDA fakkret li l-iskema kienet saret għal sena fuq proposta tagħha stess u imbagħad kienet imġedda b’sitt xhur għal min jagħmel kuntratt ta’ xiri sal-aħħar ta’ Ġunju.
L-MDA qalet li hemm bżonn li l-momentum fis-suq tal-propjetà ma jonqosx u għalhekk qed tissuġġerixxi li jingħata xahrejn iżjed żmien għal dawk li jagħmlu konvenju qabel l-aħħar ta’ Ġunju biex tonqos il-pressjoni li bħalissa hemm fuq il-banek u n-nutara biex dawn ikunu jistgħu jgħaddu l-karti kollha meħtieġa.
//= $special ?>