L-Ogħla Qorti fl-Ewropa (ECJ) l-Erbgħa ddeċidiet li pajjiżi membri jistgħu jiddeċiedu li ma jħallux lil irġiel omosesswali jagħtu d-demm.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qalet li jista’ jkun ġustifikat li rġiel li kellhom relazzjoni sesswali ma’ rġiel oħra ma jitħallewx jagħtu d-demm għal għomorhom, u din tħalli lill-pajjiżi membri jkomplu jipprojbixxu d-donazzjonijiet tad-demm minn irġiel omosesswali.
Il-Qorti stabbiliet li l-pajjiżi membri jridu jassiguraw li jkollhom mezzi aktar preċiżi u anqas arbitrarji biex jinstabu infezzjonijiet fid-demm. L-ECJ fid-deċiżjoni tagħha nnutat li bejn l-2003 u l-2008, kważi l-każi kollha tal-HIV kienu kawża ta’ relazzjonijiet sesswali u kważi nofs dawk infettati kellhom relazzjonijiet ma’ rġiel oħra.
S’issa kien f’idejn il-pajjiżi membri x’jagħmlu rigward donazzjonijiet tad-demm minn koppji omosesswali.
Il-Qorti ħadet din id-deċiżjoni minħabba l-każ ta’ raġel Franċiż, Geoffrey Léger, fi Strasburgu, li f’April tal-2009 ma tħalliex jagħti d-demm għaliex hu omosesswali. L-awtoritajiet Franċiżi mbagħad talbu d-deċiżjoni tal-ECJ fil-Lussemburgu peress li fi Franza, irġiel li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ rġiel oħra ma jistgħux jagħtu d-demm. Dan biex jaraw jekk kinitx kompatibbli mal-liġijiet Ewropej u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.
Id-deċiżjoni tal-ECJ f’din il-link
//= $special ?>