Internazzjonali

Rabja wara li ċittadini Awstraljani jingħataw il-mewt fl-Indonesja

Il-Gvern Awstraljan sejħet lura l-Ambaxxatur tagħha fl-Indonesja wara li żewġ ċittadini Awstraljani ngħataw il-mewt talli traffikaw id-droga fil-pajjiż.

Andrew Chan u Myuran Sakumaran kienu fost tmien persuni minn numru ta’ pajjiżi li ngħataw il-mewt f’wieħed mill-ħabsijiet fl-Indonesja. Anke’ l-Gvern Brażiljan esprima d-diżgust tiegħu wara li ngħata l-mewt ukoll ċittadin Brażiljan.

L-Awstralja wettqet kampanja twila diplomatika bl-għan li ssalva liċ-ċittadini tagħha, li fl-2006 kienu nstabu ħatja li jmexxu ċirku ta’ grupp ta’ traffikanti Awstraljani fl-Indonesja.

Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott qal li l-qtil taċ-ċittadini ta’ pajjiżu kien ‘krudili u mhux neċessarju’, filwaqt li żied jgħid li ż-żewġt irġiel kienu ġew rijabilitati sakemm kienu l-ħabs.