Lokali

Strajk tal-linja jekk il-pagi ma jitranġawx sa nhar is-Sibt

Il-GWU iddikjarat li jekk sa nhar il-Ġimgħa, il-ħaddiema tal-Malta Public Transport ma jingħatawx lura il-flus maqtugħa mill-paga tagħhom , il-General Workers’ Union se tirrikorri għal azzjonijiet industrijali fosthom waqfien tas-servizz tal-linja.

Fi stqarrija il-GWU uriet in-nuqqas ta’ qbil mal-MPT li l-ħaddiema titnaqqsilhom il-paga jekk ma jintlaqgħux is-sigħat ta’xogħol kuntrattwali.

IL-GWU saħqet li ma jistgħax jkun hemm tnaqqis fil-pagi, sakemm ma jkunx hemm qbil mal-ħaddiema involtui.

Jekk sa nhar il-Ġimgħa il-MPT mhux se tilqa’ t-talba tal-GWU, nhar is-Sibt il-GWU se tordna waqfien mix-xogħol fis-sezzjonijiet kollha tal-MPT fosthom fis-servizz tal-linja.